Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Diċembru 2008 - Colgate-Palmolive vs UASI - CMS Hasche Sigle (VISIBLE WHITE)

(Kawża T-136/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali VISIBLE WHITE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Colgate-Palmolive Co. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Zintler, H. Harmeling u K.U. Plath, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: CMS Hasche Sigle (Kolonja, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Frar 2007 (Każ R 165/2005-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn CMS Hasche Sigle u Colgate-Palmolive Co.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Colgate-Palmolive Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 140, 23.6.2007.