Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2017 – Wajos vs EUIPO (Forma ta’ flixkun)

(Kawża T-313/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wajos GmbH (Dohr, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schneiders, R. Krillke u B. Schneiders, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea “Forma ta’ flixkun” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 886 097

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1526/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________