Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 - Coto Moreno vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni miftuħa - Nuqqas ta' inklużjoni fil-lista ta' riżerva - Evalwazzjoni tal-eżamijiet bil-miktub u orali)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Juana Maria Coto Moreno (Gaborone, Botswana) (rappreżentanti: K. Lemmens u C. Doutrelepont, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Eggers u M. Velardo, bħala aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-eżaminaturi fil-kompetizzjoni EPSO AD/25/05 tat-12 ta' Frar 2007 li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta' riżerva ta' din il-kompetizzjoni - Talba għad-danni
Dispożittiv
Ir-rikors ta' J. M. Coto Moreno huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 22, 26.01.2008, p. 57