Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Novembru 2010 - Kessel vs UASI - Janssen-Cilag (Premeno)

(Kawża T-536/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kessel Marketing & Vertriebs GmbH (Mörfelden-Walldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Bund, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Janssen-Cilag GmbH (Neuss, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-21 ta' Settembru 2010, fil-Każ R 708/2010-4;

tikkundanna, skont l-Artikolu 87(2) u (5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, lill-UASI kif ukoll lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Premeno" għal prodotti fil-klassi 5.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Janssen-Cilag GmbH.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża "Pramino" għal prodotti fil-klassi 5.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, sa fejn ma tressqitx prova konklużiva tal-użu tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, sa fejn ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkritika l-fatt li ma ġietx aċċettata l-legalità tal-limitazzjoni tal-lista ta' prodotti u ta' servizzi.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).