Language of document : ECLI:EU:T:2012:418





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Settembru 2012 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-356/08)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament — Raba’ maħdum — Proporzjonalità — Żieda fissa fir-rata ta’ korrezzjoni fil-każ ta’ rikorrenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu”

1.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (ara l-punti 12, 13, 67)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Motiv ibbażat fuq in-nuqqas jew l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Motiv ibbażat fuq l-ineżattezza tal-motivazzjoni — Distinzjoni (Artikolu 253 KE) (ara l-punt 29)

3.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna — Obbligu tal-Istati Membri — Implementazzjoni ta’ sistema alfanumerika għall-identifikazzjoni ta’ artijiet agrikoli u ta’ sistema ta’ informazzjoni ġeografika — Rekwiżit ta’ affidabbiltà (Regolamenti tal-Kunsill Nru 3508/92, Artikoli 2 u 4, u Nru 1782/2003, Artikoli 18 u 20) (ara l-punti 34, 35, 38, 44)

4.                     Agrikoltura — FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ premiums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Kontrolli mhux affidabbli — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà mill-Fond (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 2419/2001, Artikolu 15, u Nru 796/2004, Artikolu 23(1)) (ara l-punti 52-54, 58, 66)

5.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Korrezzjoni finanzjarja — Evalwazzjoni tal-livell tan-nuqqas u tal-grad ta’ riskju għall-Fondi — Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni — Gravità tal-ksur — Nuqqas regolari — Ammissibbiltà (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1258/1999, Artikolu 7(4), u Nru 1290/2005, Artikolu 31(2)) (ara l-punti 79-86)

6.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Proċedura ta’ clearance tal-kontijiet — Suġġett — Korrezzjoni finanzjarja li ma tikkostitwixxix sanzjoni (ara l-punt 80)

7.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll implementata minn Stat Membru — Korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % — Ammissibbiltà — Kundizzjoni — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 5(4), TUE) (ara l-punti 94, 98, 101)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet — Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni (ara l-punti 108)

9.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 113)

10.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni — Inammissibbiltà (ara l-punt 118)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/582/KE, tat-8 ta’ Lulju 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż [nfiq] imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (ĠU L 186, p. 39), sa fejn teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.