Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2008 - Aldi Einkauf vs UASI - Illinois Tools Works (TOP CRAFT)
(Kawża T-374/08)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Illinois Tools Works, Inc. (Glenview, Stati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta' Ġunju 2008 (Każ R 952/2007-2);
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "TOP CRAFT" għal prodotti fil-klassijiet 1 u 3 (Applikazzjoni Nru 3 444 767)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Illinois Tools Works, Inc.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade marks figurattivi nazzjonali "krafft", għal prodotti fil-klassijiet 1 u 3
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, sa fejn din tilqa' l-oppożizzjoni għal prodotti "Prodotti kimiċi maħsuba għall-agrikultura, l-ortikoltura u s-silvikultura" tal-klassi 1.
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 43(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, kif ukoll tar-Regola 22(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, billi:
l-użu tat-trade marks li fuqhom hija bbażata l-oppożizzjoni ma tistax tkun ipprovata permezz tad-dokumenti mressqa mill-opponent;
it-trade marks kunfliġġenti jippreżentaw differenzi grafiċi evidenti;
l-element verbali "TOP" mhuwiex deskrittiv u għandu karattru distintiv dgħajjef, u
anki fir-rigward ta' prodotti identiċi jew simili tista' tiġi eskluża probabbiltà ta' konfużjoni minħabba d-differenzi grafiċi evidenti u minħabba l-element verbali miżjud "TOP" fit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni.
____________