Language of document : ECLI:EU:T:2012:542





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2012 — EDF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑389/12 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Suq tal-elettriku — Deċiżjoni li tawtorizza operazzjoni ta’ konċentrazzjoni suġġetta għall-osservanza ta’ ċerti impenji — Rifjut milli tingħata l-proroga tat-terminu stabbilit sabiex jiġu onorati dawn l-impenji — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juri — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 9-11)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti jew li tbiddel irrimedjabbilment il-pożizzjoni tagħha fis-suq — Oneru tal-prova — Neċessità li tiġi pprovduta xbieha eżatta u globali tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 15-18, 22, 23)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4617 finali, tat-28 ta’ Ġunju 2012, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-proroga tat-terminu stabbilit sabiex jiġu onorati wħud mill-impenji tagħha, stabbiliti fid-Deċiżjoni C (2009) 9059, tat-12 ta’ Novembru 2009, li tawtorizza l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni intiża sabiex Électricité de France tikseb kontroll esklużiv tal-attivi tal-impriża Segebel (Każ COMP/M.5549 — EDF/Segebel).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.