Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – Adveo Group International (UNITED OFFICE)

(Kawża T-391/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter u S. Paul, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Poch u S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Adveo Group International, SA, li kienet Unipapel Industria, Comercio y Servicios, SL (Tres Cantos, Spanja) (rappreżentant: A. Tarí Lázaro, avukat)SuġġettRikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Ġunju 2012, (Każ R 745/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invaliditá bejn Lidl Stiftung & Co. KG u Adveo Group International, SA. DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut. L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.