Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-275/13) 1

[“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi – Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi – Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Spanja (rappreżentanti: J. García-Valdecasas Dorrego, abogado del Estado)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze et B. Beutler, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/249/13, sabiex jinħolqu żewġ listi ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi, maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti fl-oqsma tal-makroekonomija u tal-ekonomija finanzjarja (ĠU 2013, C 75 A, p. 1).

Dispożittiv

L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/249/13, sabiex jinħolqu żewġ listi ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi, maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti fl-oqsma tal-makroekonomija u tal-ekonomija finanzjarja, huwa annullat.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana.

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-interventi tagħhom.

____________

1 ĠU C 336, 16.11.2013.