Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2024 – Romagnoli Fratelli vs CPVO (Melrose)

(Kawża T-2/23) 1

(“Varjetajiet ta’ pjanti – Għoti ta’ dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ patata Melrose – Nuqqas ta’ ħlas fit-termini tat-taxxa annwali – Annullament ta’ drittijiet – Talba għal restitutio in integrum – Kundizzjonijiet għall-komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet u l-komunikazzjonijiet taċ-CPVO”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Romagnoli Fratelli SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: E. Truffo u A. Iurato, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (rappreżentant(i): M. García-Moncó Fuente u Á. Martínez López, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) tas-7 ta’ Novembru 2022.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Romagnoli Fratelli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 71, 27.2.2023.