Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2014 – Spokey vs UASI - Leder Jaeger (SPOKEY)

(Kawża T-846/14)

Lingwa tar-rikors: il-Pollak

Partijiet

Rikorrenti: Spokey sp. z o.o. (Katowice, il-Polonja) (rappreżentant: B. Matusiewicz-Kulig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leder Jaeger GmbH (Siegen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “SPOKEY” — Trade mark Komunitarja Nru 6 777 312

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża Nru R 525/2014-4Talbiettannulla d-deċiżjoni kkontestata;fi kwalunkwe każ, temenda d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tirreferi għall-oġġetti speċifikati li jaqgħu fil-klassi 18;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motivi invokatiKsur tal-Artikoli 8(1)(b), 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009. Ksur tar-Regola 50 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.