Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – GHC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-847/14) 1

(“Ambjent – Protezzjoni tas-saff tal-ożonu – Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra – Regolament (UE) Nru 517/2014 – Tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi – Determinazzjoni ta’ valur ta’ referenza – Allokazzjoni ta’ kwoti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Metodu ta’ kalkolu”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Lang, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C.  Hermes u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/774/UE, tal-31 ta’ Ottubru 2014, li f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, tiddetermina l-valuri ta’ referenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2017 għal kull produttur jew importatur li jkun irrapporta t-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 318, p. 28), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna lir-rikorrenti.DispożittivId-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/774/UE, tal-31 ta’ Ottubru 2014, li f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, tiddetermina l-valuri ta’ referenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2017 għal kull produttur jew importatur li jkun irrapporta t-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 56, 16.2.2015.