Language of document : ECLI:EU:T:2015:934





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Novembru 2015 – August Brötje vs UASI (Hydrocomfort)

(Kawża T‑845/14)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja HydroComfort – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 13-15)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Neoloġiżmu kompost ta’ elementi deskrittivi ta’ karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi kkonċernati – Inklużjoni fl-assenza ta’ karattru inabitwali tal-assjem (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punt 16)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali HydroComfort (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 20, 21, 23)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1302/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali HydroComfort bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

August Brötje GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.