Language of document : ECLI:EU:T:2015:712

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

21 ta’ Settembru 2015

Kawża T‑849/14 P

Carlo De Nicola

vs

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

“Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Evalwazzjoni annwali – Regoli interni – Proċedimenti ta’ appell – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l‑Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2014, De Nicola vs BEI (F‑59/09 RENV, ĠabraSP, EU:F:2014:248), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din il-kawża.

Sommarju

Appell – Aggravji – Aggravju intiż għar-rettifika tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Nuqqas ta’ kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

(Artikolu 270 TFUE; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 122(1))

L-Artikolu 122(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jirrigwarda r-rettifika tal-iżbalji tal-pinna jew ta’ kalkolu u l-ineżattezzi evidenti, ma huwiex applikabbli għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, li hija esklużivament irregolata mir-Regoli tal-Proċedura tagħha stess. Appellant għaldaqstant ma jistax jirrimedja għan-nuqqas ta’ aġir tiegħu taħt l-imsemmi artikolu billi jitlob lill-Qorti Ġenerali sabiex tikkoreġi jew tirrettifika żbalji tal‑pinna jew ineżattezzi evidenti li jinsabu fid-deċiżjonijiet appellati tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

(ara l-punt 30)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: digriet tat-13 ta’ Jannar 2014, Lebedef vs Il-Kummissjoni, T‑116/13 P u T‑117/13 P, ĠabraSP, EU:T:2014:21, punti 44 u 45