Language of document : ECLI:EU:T:2021:551


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenrali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Settembru 2021 –
JA vs Il-Parlament

(Kawża T156/20)

“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Grupp politiku – Tkeċċija – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Dritt għal smigħ – Ugwaljanza fit-trattament – Dmir ta’ premura – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Responsabbiltà”

1.      Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Membri tal-persunal temporanju li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra – Membru tal-persunal temporanju assenjat ma grupp politiku tal-Parlament – Xoljiment tal-grupp politiku – Konsegwenza – Xoljiment ta’ kuntratt – Obbligu tal-Parlament li jassenja lill-persuna kkonċernata ma grupp ġdid – Assenza

(Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 2(c); Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, Artikoli 33 u 34(3))

(ara l-punti 17 sa 24, 116, 117)

2.      Proċedura ġudizzjarja – Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Unjoni – Obbligi ta’ min iressaq it-talba

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 88(2) u 89(3)(d))

(ara l-punti 47 sa 49, 127)

3.      Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Membri tal-persunal temporanju li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra – Impjieg ma’ grupp politiku tal-Parlament – Setgħa diskrezzjonali tal-imsemmi grupp – Ċaħda ta’ kandidatura – Obbligu tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament li jisma’ lill-persuna kkonċernata – Assenza

(Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 2(c))

(ara l-punti 100 sa 103, 117)

4.      Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Membri tal-persunal temporanju li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra – Membru tal-persunal temporanju assenjat ma grupp politiku tal-Parlament – Terminazzjoni tar-rabta ta’ fiduċja – Possibbiltà ta’ tkeċċija

(Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 2(c))

(ara l-punt 122)

5.      Rikors tal-uffiċjali – Motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Inverżjoni tal-oneru tal-prova – Kundizzjonijiet

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1d(1); Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 10(1) u (5))

(ara l-punti 123, 124)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-4 ta’ Lulju 2019 li jtemm il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu morali li r-rikorrent allegatament sostna minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JA huwa kkundannat għall-ispejjeż.