Language of document : ECLI:EU:T:2012:672

Kawża T‑332/09

Electrabel

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Deċiżjoni li timponi multa għall-implementazzjoni ta’ konċentrazzjoni — Obbligu ta’ sospensjoni tal-konċentrazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Preskrizzjoni — Ammont tal-multa”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012

1.      Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Eżami mill-Kummissjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Nuqqas ta’ kontestazzjoni ta’ ċerti elementi ta’ fatt jew ta’ liġi matul il-proċedura amministrattiva — Limitazzjoni tal-eżerċizzju tad-dritt għal azzjoni legali — Assenza — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata

(Artikolu 83 KE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikoli 4(1) u 7(1))

2.      Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Kunċett — Stħarriġ esklużiv tal-fatti — Eżerċizzju minn azzjonist minoritarju — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Livell ta’ preżenza tal-azzjonisti fil-laqgħat ġenerali tas-snin preċedenti — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata

(Artikolu 83 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikolu 3(1) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 66/02, punti 9, 14 u 15)

3.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur u li timponi multa — Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Obbligu tal-Kummissjoni li tosserva l-prattika deċiżjonali preċedenti tagħha — Assenza — Stħarriġ ġudizzjarju

(Artikolu 81 KE, 82 KE, u 83 KE)

4.      Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Kunċett — Stħarriġ esklużiv tal-fatti — Eżerċizzju minn azzjonist minoritarju — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Struttura tad-drittijiet ta’ vot u d-dritt ta’ amministrazzjoni tal-attivitajiet tal-impriżi inkwistjoni — Dritt preferenzjali ta’ sottoskrizzjoni — Sempliċi ħjiel li jista’ jiġi inkluż ma’ ħjiel ieħor u nuqqas ta’ kundizzjoni supplimentari ta’ tali stħarriġ

(Artikolu 83 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 66/02, punt 15)

5.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata

(Artikolu 253 KE)

6.      Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Eżami mill-Kummissjoni — Obbligu ta’ sospensjoni tal-konċentrazzjoni — Operazzjoni mwettqa qabel ma ġiet iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni — Fakultà tal-Kummissjoni li titlob miżuri provviżorji għall-operazzjonijiet li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 139/2004 u mhux għal dawk koperti mir-Regolament Nru 4064/89 — Nuqqas ta’ tali talba f’każ li jidħol fil-kuntest tar-Regolament Nru 4064/89 — Nuqqas ta’ impatt fuq il-kwalifika tal-ksur

(Artikolu 83 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikoli 8(5) u 26(2), u Nru 4064/89, Artikoli 4(1) u 7(1))

7.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Preskrizzjoni fil-qasam tal-azzjonijiet — Terminu ta’ preskrizzjoni — Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Operazzjoni mwettqa qabel ma ġiet iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni — Evalwazzjoni

(Artikolu 83 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 2988/74, Artikoli 1(1)(a) u (b), u Nru 4064/89, Artikolu 7(1))

8.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Preskrizzjoni fil-qasam tal-azzjonijiet — Bidu tad-dekorrenza — Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Operazzjoni mwettqa qabel ma ġiet iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni — Ksur kontinwat — Evalwazzjoni

(Artikolu 83 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 2988/74, Artikolu 1(2), u Nru 4064/89, Artikolu 7(1))

9.      Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti tal-Unjoni — Portata

(Artikolu 83 KE; Artikolu 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikolu 16)

10.    Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti f’każ ta’ ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE — Inapplikabbiltà — Applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 4064/89 biss

(Artikoli 81 KE, 82 KE u 83 KE; Artikolu 261 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u Nru 4064/89, Artikolu 14(3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03 u 2006/C 210/02)

11.    Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Kunċett — Operazzjoni mwettqa qabel ma ġiet iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni — Inklużjoni — Ksur imwettaq b’negliġenza — Assenza ta’ effett

(Artikoli 3(1)(ġ) KE, 81 KE, 82 KE u 83 KE; Artikolu 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, premessa 17 u Artikoli 4, 7(1) u 14(2))

12.    Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Tul tal-ksur

(Artikolu 83 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikolu 14(2))

13.    Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ċirkustanzi attenwanti — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Nuqqas ta’ ħabi tal-akkwist — Ksur imwettaq b’negliġenza

(Artikolu 83 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikolu 14(2))

14.    Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Portata

(Artikolu 83 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikolu 14(2))

15.    Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Natura dissważiva — Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tas-saħħa ekonomika tal-impriża ssanzjonata

(Artikolu 83 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikolu 14(2))

16.    Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Marġni diskrezzjonali rriżervat għall-Kummissjoni — Żieda tal-livell ġenerali tal-multi — Ammissibbiltà — Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Assenza

(Artikolu 83 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikolu 14(2))

17.    Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Politika ta’ klemenza segwita fil-qasam ta’ kartell — Assenza ta’ effett

(Artikolu 83 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikolu 14(2))

1.      Fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, fil-każ ta’ kontroversja dwar l-eżistenza ta’ ksur, hija l-Kummissjoni li għandha tipproduċi l-prova tal-ksur li hija tikkonstata u li għandha tistabbilixxi l-provi xierqa li juru, b’mod suffiċjenti fid-dritt, l-eżistenza tal-fatti li jikkostitwixxu ksur. Għal dan il-għan, hija għandha tipproduċi provi suffiċjentement preċiżi u konsistenti sabiex tistabbilixxi konvinzjoni soda li l-ksur allegat seħħ. Fir-rigward tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, huma rregolati mill-prinċipju tal-produzzjoni libera tal-provi u l-unika kriterju rilevanti għall-evalwazzjoni tal-provi prodotti jirrisjedi fil-kredibbiltà tagħhom.

(ara l-punti 31, 33, 36, 105-107)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 40-42, 47, 48, 115, 116, 120, 253)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 63, 123, 124, 173, 259, 274, 286)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 175)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 179-181)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 192-195)

7.      Mill-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 4064/89, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi, jirriżulta li jkun hemm ksur ta’ din id-dispożizzjoni jekk konċentrazzjoni b’dimensjoni Komunitarja tiġi implementata qabel ma tkun ġiet innotifikata jew qabel ma tkun ġiet iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni, bin-notifikazzjoni fiha nfisha ma tkunx deċiżiva sabiex tiġi stabbilita r-realtà tal-konċentrazzjoni u lanqas ma tkun suffiċjenti sabiex din tiġi mitmuma.

F’dan ir-rigward, id-distinzjoni li tagħti lok għal żewġ termini ta’ preskrizzjoni differenti fir-Regolament Nru 2988/74, li jikkonċerna l-perijodi ta’ limitazzjoni fil-proċedimenti u l-infurzar tas-sanzjonijiet taħt ir-regoli tal-Komunità Ekonomika Ewropea dwar it-trasport u l-kompetizzjoni, tirrigwarda wkoll in-natura tal-ksur, fejn fl-Artikolu 1(1)(a) tal-imsemmi regolament ġie previst terminu qasir ta’ tliet snin għall-ksur marbut mal-applikazzjonijiet jew man-notifikazzjonijiet ta’ impriżi jew ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, ma’ talbiet għal informazzjoni, jew mat-twettiq ta’ investigazzjonijiet, u fl-Artikolu 1(1)(b) ġie previst terminu itwal ta’ ħames snin għall-ksur l-ieħor. Jidher ċar li l-ewwel kategorija ta’ ksur prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tikkonċerna ksur formali jew proċedurali. Issa l-implementazzjoni antiċipata ta’ konċentrazzjoni bi ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 4064/89 tikkostitwixxi ksur li ma jistax jiġi kklassifikat bħala purament formali jew proċedurali, għaliex huwa jista’ jipproduċi modifikazzjonijiet sostanzjali fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni. Minkejja li din hija kwistjoni li tirrigwarda l-kompetenza, hija madankollu tikkonċerna ksur ieħor għajr dak previst fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament Nru 2988/74.

(ara l-punti 205-207)

8.      Ma tistax tiġi adottata interpretazzjoni li tgħid li l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/74, li jikkonċerna l-perijodi ta’ limitazzjoni fil-proċedimenti u l-infurzar tas-sanzjonijiet taħt ir-regoli tal-Komunità Ekonomika Ewropea dwar it-trasport u l-kompetizzjoni, li jistabbilixxi li l-preskrizzjoni fil-kuntest ta’ azzjonijiet għandha tibda tiddekorri fil-jum li fih ikun sar il-ksur, ħlief għall-ksur kontinwat jew ripetut fejn il-preskrizzjoni għandha tibda tiddekorri dakinhar li jieqaf il-ksur, jistabbilixxi distinzjoni bejn ksur kontinwat imwettaq b’mod permanenti f’att wieħed u ksur kontinwat imwettaq b’mod suċċessiv.

Fil-fatt, il-kapaċità li tiġi eżerċitata influwenza determinanti fuq l-attività tal-impriża kkontrollata tagħmel neċessarjament parti miż-żmien li għandu jibda jiddekorri mid-data meta jinkiseb il-kontroll u sakemm dan jintemm. Fir-rigward tan-natura kontinwa tal-ksur, l-entità li tkun kisbet il-kontroll tal-impriża tkompli teżerċitah bi ksur tal-obbligu ta’ sospensjoni li jirriżulta mill-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 4064/89, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi, sal-mument meta din iġġibu fi tmiemu, billi tikseb l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni jew tħalli l-kontroll. Għaldaqstant, il-ksur jippersisti sakemm jibqa’ l-kontroll miksub bi ksur tal-Artikolu 7(1) u sakemm il-konċentrazzjoni ma tiġix awtorizzata mill-Kummissjoni.

(ara l-punti 211, 212)

9.      Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 4064/89, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi b’ġurisdizzjoni sħiħa dwar ir-rikorsi ppreżentati kontra deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tkun iffissat multa jew pagament ta’ penalità perjodiku; din tista’ tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament ta’ penalità perjodiku impost. Din il-ġurisdizzjoni tagħti setgħa lill-qorti, apparti mis-sempliċi stħarriġ tal-legalità tas-sanzjoni, li tissostitwixxi bl-evalwazzjoni tagħha dik tal-Kummissjoni, u konsegwentement, li tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-penalità imposta.

Madankollu, l-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni sħiħa ma huwiex ekwivalenti għal stħarriġ ex officio, peress li l-proċedura quddiem il-qrati tal-Unjoni ssegwi l-prinċipju tal-kontradittorju. Bl-eċċezzjoni tal-motivi ta’ ordni pubbliku li l-qorti għandha tqajjem ex officio, bħan-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, huwa r-rikorrent li għandu jqajjem il-motivi kontra d-deċiżjoni kkontestata u jipproduċi l-provi insostenn tal-motivi tiegħu.

(ara l-punti 221, 222)

10.    Il-prinċipji u l-metodi għall-kalkolu tal-multi ppreċiżati fil-Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003, kif ukoll fil-Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 u l-Artikolu 65(5) KEEA, huma applikabbli biss fil-kuntest tar-Regolament Nru 17, l-ewwel Regolament li jimplementa l-Artikoli 81 KE u 82 KE, u tar-Regolament Nru 1/2003, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, u b’hekk, ma humiex applikabbli għall-multi imposti abbażi tar-Regolament Nru 4064/89 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi.

Anki jekk jista’ jiġi stabbilit xebh, il-Kummissjoni ma tistax tiġi akkużata li ma segwietx, biex tiffissa l-ammont tal-multa f’każ ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi, dak il-metodu jew il-metodu l-ieħor ippreċiżat fil-linji gwida msemmija. Il-kuntest tal-analiżi tagħha kellu jkun dak tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 4064/89 li jipprovdi li, biex jiġi ddeterminat l-ammont tal-multa, għandhom jiġu kkunsidrati n-natura u l-gravità tal-ksur u li għalih il-Kummissjoni ma adottatx linji gwida li jistabbilixxu l-metodu ta’ kalkolu li jkollha tapplika fil-kuntest tal-iffissar tal-multi.

(ara l-punti 227, 228, 272)

11.    Il-fatt li ir-Regolament Nru 4064/89 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi jipprevedi multi sa 10 % tad-dħul mill-bejgħ tal-impriżi kkonċernati juri r-rieda tal-leġiżlatur li jipproteġi s-sistema ta’ notifikazzjoni u ta’ approvazzjoni minn qabel l-implementazzjoni ta’ konċentrazzjoni b’dimensjoni Komunitarja.

Fil-fatt, l-għan tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet huwa li jiġu pprevenuti effetti ħżiena irreparabbli u permanenti fuq il-kompetizzjoni. Madankollu, mir-Regolament Nru 4064/89 jirriżulta wkoll li s-sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjoni li jistabbilixxi hija intiża sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ teżerċita kontroll effettiv tal-konċentrazzjonijiet kollha mill-aspett tal-effett tagħhom fuq l-istruttura tal-kompetizzjoni (is-seba’ premessa) u li l-effettività ta’ din is-sistema tiġi żgurata bl-istabbiliment ta’ kontroll ex ante tal-effetti ta’ konċentrazzjonijiet b’dimensjoni Komunitarja. Mis-17-il premessa kif ukoll mill-Artikolu 4 u mill-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 4064/89 jirriżulta li l-effettività ta’ din is-sorveljanza hija bbażata fuq obbligu li l-impriżi jinnotifikaw minn qabel tali konċentrazzjonijiet u li jissospendu l-implementazzjoni tagħhom sad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjarahom kompatibbli mas-suq komuni. Barra minn hekk, il-limitazzjonijiet li jirrestrinġu l-possibbiltà ta’ deroga mill-obbligu ta’ sospensjoni tal-Artikolu 7 u s-severità tas-sanzjonijiet marbuta mal-ksur tiegħu fil-kuntest tal-Artikolu 14(2)(b) tar-Regolament Nru 4064/89 jikkonfermaw l-importanza kbira mogħtija mil-leġiżlatur lill-obbligu ta’ sospensjoni fil-kuntest tal-kontrolli tal-konċentrazzjonijiet, approċċ li huwa ġġustifikat sa fejn l-implementazzjoni ta’ konċentrazzjoni taffettwa l-istruttura tas-suq u tista’ tagħmel iktar diffiċli d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li għandhom l-għan, jekk ikun il-każ, li jerġgħu jistabbilixxu kompetizzjoni effettiva.

Fir-rigward, f’tali kuntest, tar-rwol tan-negliġenza, l-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 4064/89 ma jagħmilx distinzjoni skont jekk il-ksur ikunx twettaq bi ħsieb jew b’negliġenza, iżda jsemmi b’mod alternattiv dawn iż-żewġ kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ multa. Barra minn hekk, il-ksur imwettaq b’negliġenza ma huwiex, mil-lat tal-effetti tiegħu fuq il-kompetizzjoni, inqas serju mill-ksur imwettaq bi ħsieb.

(ara l-punti 234-237, 245, 246, 253, 273)

12.    Ir-riskju ta’ effett ħażin fuq il-kompetizzjoni jiżdied meta sitwazzjoni irregolari tippersisti u li, fir-rigward ta’ ksur tal-obbligu ta’ sospensjoni ta’ konċentrazzjoni, dan ir-riskju kellu jiġi evalwat a priori billi mill-analiżi jitneħħew l-effetti tal-operazzjoni għall-ġejjieni. Meta ksur jiġi ddefinit bħala t-twettiq ta’ fatt jew ta’ attività illegali, huwa leġittimu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-portata tal-fatt jew tal-attività inkwistjoni, kif ukoll it-tul kemm tkun damet titwettaq l-attività anki jekk dawn ikunu ċirkustanzi sussegwenti għall-mument meta twettaq il-ksur.

(ara l-punt 267)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 272, 275-277)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 279)

15.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 282)

16.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 286, 299)

17.    Il-politika ta’ klemenza implementata fil-qasam tal-kartelli tissodisfa d-diffikultajiet speċifiċi ta’ individwazzjoni tal-kartelli, li minnhom infushom huma ksur sigriet. Il-programm ta’ klemenza u l-ftehim huma strumenti speċifiċi marbuta ma’ dan il-kuntest u kwalunkwe applikazzjoni b’analoġija fil-kuntest tas-sistema ta’ konċentrazzjonijiet b’dimensjoni Komunitarja li tkun ibbażata fuq obbligu ta’ notifikazzjoni u ta’ osservanza tas-setgħa esklużiva ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, għandha tiġi miċħuda.

(ara l-punti 291, 292)