Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2014 – nkt cables u NKT Holding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: nkt cables GmbH (Köln, il-Ġermanja) u NKT Holding A/S (Brøndby, id-Danimarka) (rappreżentanti: M. Kofmann u B. Creve, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139, tat-2 ta’ April 2014, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fil-Każ COMP/39.610 – Power Cables (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni”);

alternattivament, tannulla parzjalment id-Deċiżjoni u tnaqqas sostanzjalment il-multa imposta fuqhom;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż;

tadotta kull miżura ulterjuri li tqis xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

L-ewwel motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u l-prinċipju ġenerali tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet, billi rrifjutat li tagħtihom aċċess għal provi li potenzjalment jiskaġunaw irċevuti mill-Kummissjoni wara n-notifika tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tagħha.It-tieni motiv, li jallega li l-Kummissjoni ddefinixxiet b’mod żbaljat il-firxa territorjali tal-ksur uniku u kontinwu u applikat b’mod żbaljat il-kriterju tal-effetti.It-tielet motiv, li jallega li d-Deċiżjoni kien fiha żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-aġir li NKT Cables instabet involuta fih, u fir-rigward tal-konklużjoni li tali aġir ipprova l-parteċipazzjoni jew l-għarfien ta’ NKT Cables fl-attivitajiet kollha li jikkostitwixxu l-ksur uniku u kontinwu.Ir-raba’ motiv, li jallega li l-Kummissjon

i wettqet żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward tat-tul tal-parteċipazzjoni ta’ NKT Cables fil-ksur uniku u kontinwu.Il-ħames motiv, li jallega li l-livell tal-multa li ġi

et imposta fuq ir-rikorrenti kien għoli b’mod sproporzjonat u mhux ġustifikat.