Language of document : ECLI:EU:T:2018:455





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 – Sumitomo Electric Industries u J-Power Systems vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-450/14)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ksur uniku u kontinwat – Prova tal-ksur – Tul tal-parteċipazzjoni – Iddistakkar pubbliku – Kalkolu tal-ammont tal-multa – Gravità tal-ksur – Ġurisdizzjoni sħiħa”

1.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Modalità ta’ prova – Użu ta’ sensiela ta’ indizji – Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment – Ammissibbiltà tal-evalwazzjoni globali ta’ sensiela ta’ indizji – Osservanza tal-prinċipju tal-preżunzjoni ta’ innoċenza

(Artikolu 101(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48)

(ara l-punti 47-53, 88, 89, 103, 104)

2.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju – Prova ta’ tmiem tal-ksur – Assenza ta’ ddistakkar fir-rigward tad-deċiżjonijiet meħuda – Iddistakkar pubbliku – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 61-63, 98-102)

3.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Użu ta’ dikjarazzjonijiet ta’ impriżi oħra li pparteċipaw fil-ksur bħala mezzi ta’ prova – Ammissibbiltà

(Artikolu 101(1)(c) KE; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 298/11)

(ara l-punti 70-72)

4.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni – Stħarriġ tal-legalità – Provi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Provi preċedenti u sussegwenti għad-deċiżjoni kkontestata –Provi prodotti fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva jew prodotti għall-ewwel darba fil-kuntest ta’ rikors għal annullament – Inklużjoni

(Artikoli 101 TFUE u 263 TFUE)

(ara l-punti 93-95)

5.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Aġġustament tal-ammont bażiku – Ċirkustanzi attenwanti – Aġir differenti minn dak miftiehem fi ħdan l-akkordju li jimplika l-adozzjoni ta’ aġir kompetittiv fis-suq – Evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29)

(ara l-punti 111-121)

6.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata

(Artikolu 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

(ara l-punti 125, 126)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sumitomo Electric Industries Ltd u J-Power Systems Corp. huma kkundannati għall-ispejjeż.