Language of document : ECLI:EU:T:2018:442





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 – Hitachi Metals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-448/14)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ksur uniku u kontinwat – Prova tal-ksur – Tul tal-parteċipazzjoni – Iddistakkar pubbliku – Kalkolu tal-ammont tal-multa – Gravità tal-ksur – Ġurisdizzjoni sħiħa”

1.      Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża għall-ksur kollu – Kundizzjonijiet – Prattiki u aġir li jikkostitwixxi ksur li jagħmlu parti minn pjan generali – Evalwazzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 47-50, 84, 94-96)

2.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Modalità ta’ prova – Użu ta’ sensiela ta’ indizji – Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment – Ammissibbiltà tal-evalwazzjoni globali ta’ sensiela ta’ indizji – Osservanza tal-prinċipju tal-preżunzjoni ta’ innoċenza

(Artikolu 101(1) TFUE ; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48)

(ara l-punti 117-123, 158, 159, 173, 174)

3.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju – Prova tat-tmiem tal-ksur – Assenza ta’ ddistakkar fir-rigward tad-deċiżjonijijiet meħuda – Iddistakkar pubbliku – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 131-133, 168-172)

4.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Użu ta’ dikjarazzjonijiet ta’ impriżi oħra li pparteċipaw fil-ksur bħala mezzi ta’ prova – Ammissibbiltà

(Artikolu 101(1) TFUE ; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 298/11)

(ara l-punti 140-142)

5.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni – Stħarriġ tal-legalità – Provi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Provi preċedenti u sussegwenti għad-deċiżjoni kkontestata – Provi prodotti fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva jew prodotti għall-ewwel darba fil-kuntest ta’ rikors għal annullament – Inklużjoni

(Artikoli 101 TFUE u 263 TFUE)

(ara l-punti 163-165)

6.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Aġġustament tal-ammont bażiku – Ċirkustanzi attenwanti – Aġir differenti minn dak miftiehem fi ħdan l-akkordju li jimplika l-adozzjoni ta’ aġir kompetittiv fis-suq – Evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29)

(ara l-punti 181-191)

7.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata

(Artikolu 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

(ara l-punti 195, 196)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hitachi Metals Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.