Language of document : ECLI:EU:T:2018:443





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 – NKT Verwaltungs u NKT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/14)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ksur uniku u kontinwat – Prova tal-ksur – Tul tal-parteċipazzjoni – Iddistakkar pubbliku – Kalkolu tal-ammont tal-multa – Gravità tal-ksur – Ġurisdizzjoni sħiħa”

1.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Aċċess għall-fajl – Skop – Komunikazzjoni tar-risposti għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Kundizzjonijiet – Rilevanza tar-risposti ta’ destinatarji oħra tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet għad-difiża tal-impriża kkonċernata – Oneru tal-prova – Obbligu tal-impriża kkonċernata li tipprovdi l-ewwel prova tal-utilità tal-imsemmija risposti għad-difiża tagħha

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27)

(ara l-punti 45-68)

2.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Akkordju implimentat jew li jista’ jipproduċi effett immedjat u sostanzjali fis-suq intern – Kriterju tal-effett immedjat, sostanzjali u prevedibbli – Evalwazzjoni fir-rigward tal-effetti, meħuda flimkien, tal-prattiki implimentati

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 78-83, 89-97)

3.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Kontenut neċessarju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Indikazzjoni tal-elementi prinċipali ta’ fatt u ta’ dritt li jistgħu jimplikaw multa – Indikazzjoni suffiċjenti fir-rigward tad-dritt għal smigħ

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23 u 27)

(ara l-punti 100-102)

4.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Modalità ta’ prova – Użu ta’ sensiela ta’ indizji – Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment – Ammissibbiltà tal-evalwazzjoni globali ta’ sensiela ta’ indizji

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 107-110, 196, 216, 252, 262, 263)

5.      Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża għall-ksur kollu – Kundizzjonijiet – Prattiki u aġir li jikkostitwixxi ksur li jagħmlu parti minn pjan generali – Evalwazzjoni – Kriterji – Kontribuzzjoni għall-iskop uniku tal-ksur – Konoxxenza u prevedibbiltà tal-pjan globali tal-akkordju u tal-elementi prinċipali tiegħu

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ar al-punti 119-122, 142, 147, 148, 154, 163, 168, 169, 174, 256)

6.      Akkordji – Ftehimiet bejn impriżi – Kunċett – Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv – Inklużjoni – Kundizzjoni – Assenza ta’ ddistakkar fir-rigward tad-deċiżjonijijiet meħuda – Iddistakkar pubbliku – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 203-216)

7.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Portata – Impossibbiltà għal impriża li teżiġi l-applikazzjoni nondiskriminatorja ta’ trattament illegali mogħti lil impriżi kkonċernati oħra

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3))

(ara l-punti 279, 285-290)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussegwentement, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

NKT Verwaltungs GmbH u NKT A/S huma kkundannati għall-ispejjeż.