Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2019 – L vs Il-Parlament

(Kawża T-59/17) 1

(“Servizz pubbliku — Assistent parlamentari akkreditat – Xoljiment ta’ kuntratt – Ksur tar-relazzjoni ta’ fiduċja – Attivitajiet esterni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Talba għad-danni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: L (rappreżentant: I. Coutant Peyre, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: . Ní Riagáin Düro u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-24 ta’ Ġunju 2016 dwar ix-xoljiment tal-kuntratt ta’ assistent parlamentari akkreditat tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għall-għoti ta’ danni bħala kumpens għad-danni morali li r-rikorrent allegatament ġarrab.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Parlament tal-24 ta’ Ġunju 2016 dwar ix-xoljiment tal-kuntratt ta’ assistent parlamentari akkreditat ta’ L hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 221, 10.7.2017.