Language of document : ECLI:EU:T:2012:126





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 — Ellinika Nafpigeia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-391/08)

“Għajnuna mill-Istat — Tarzna — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil tarzna — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Użu abbużiv mill-għajnuna”

1.                     Trattat KE — Dispożizzjonijiet ġenerali u finali — Kompetenza tal-Istati Membri sabiex jadottaw miżuri intiżi sabiex tiġi żgurata s-sigurtà nazzjonali — Produzzjoni u kummerċ ta’ armamenti — Sistema proċedurali speċifika stabbilita mill-Artikolu 298 KE — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni prodott minn skema ta’ għajnuna mogħtija għal attivitajiet mhux militari —Inapplikabbiltà (Artikoli 86 KE, 88 KE, 296 KE u 298 KE) (ara l-punt 38, 43, 44, 56-60)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Kriterju ta’ investitur privat — Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tat-tranżazzjoni kkontestata u tal-kuntest tagħha (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 96, 101, 105)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna lit-tarznari — Direttiva 90/684 — Ristrutturazzjoni finanzjarja ta’ tarzni — Kondizzjoni ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni — Pjan ta’ investiment u ta’ privatizzazzjoni — Neċessità ta’ tlestija effettiva tal-pjan — Riferiment fid-deċiżjoni li tapprova skema ta’ għajnuna għad-direttiva — Assenza ta’ riferiment espliċitu fl-imsemmija deċiżjoni għall-imsemmija kundizzjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali — Assenza (Artikolu 88(3) KE; Direttiva tal-Kunsill 90/684, Artikolu 10(2)) (ara l-punti 117, 118, 128-131, 137, 138)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna għal bini ta’ vapuri — Direttiva 90/684 — Ristrutturazzjoni finanzjarja ta’ tarzni — Kundizzjoni ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni — Pjan ta’ investiment u ta’ privatizzazzjoni — Neċessità ta’ tlestija effettiva tal-pjan — Ħlas effettiv mix-xerrejja tal-prezz tal-ishma (Artikolu 88(3) KE; Direttiva tal-Kunsill 90/684, Artikolu 10(2)) (ara l-punti 148, 153, 154, 158, 162)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Regolament Nru 659/1999 — Applikazzjoni abbużiva ta’ għajnuna — Kunċett — Nuqqas ta’ osservanza minn Stat Membru tal-kundizzjonijiet imposti mill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tal-għajnuna — Inklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 1(g), 16 u 23) (ara l-punti 164, 165)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Assenza ta’ osservazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati — Assenza ta’ effett fuq il-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Obbligu ta’ eżami ex officio tal-elementi mhux invokati espressament — Assenza (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punt 174)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti — Evalwazzjoni tal-legalità skont l-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni (Artikoli 88(3) KE u 230 KE) (ara l-punt 175)

8.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Proċedura amministrattiva — Tul tal-proċedura bejn l-approvazzjoni kundizzjonali ta’ għajnuna u d-deċiżjoni finali li tiddikjara l-inkompatibbiltà tal-imsemmija għajnuna mas-suq komuni — Informazzjoni tardiva tal-Kummissjoni li tikkonċerna n-nuqqas ta’ osservanza ta’ kundizzjoni għall-approvazzjoni tal-għajnuna — Ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi — Assenza (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 182-187)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proċedura amministrattiva — Obbligu tal-Kummissjoni li tintima lill-persuni interessati jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom — Esklużjoni tal-persuni interessati mill-benefiċċju tad-drittijiet tad-difiża (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 192-194)

10.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għajnuna mogħtija fil-forma ta’ self — Stabbiliment tar-rata ta’ interessi li tippermetti l-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna — Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 794/2000 — Assenza ta’ rilevanza (Regolament tal-Kummissjoni Nru 794/2004) (ara l-punt 254)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(2), tal-Artikoli 2, 3, 5, u 6, tal-Artikolu 8(2) u tal-Artikoli 9, 11 sa 16, 18 u 19 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/02 u CP 133/05) implementati mill-Greċja favur it-tarznari Elleniċi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/610 KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/02 u CP 133/05) mogħtija mill-Greċja lill-impriża Hellenic Shipyards SA (ĠU 2009, L 225, p. 104).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ellinika Nafpigeia AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.