Rikors ippreżentat fit-22 ta' Frar 2012 - Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill
(Kawża T-99/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;
konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta' Diċembru 2011 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta' Jannar 2012 u l-atti ta' implementazzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba' motivi, fejn l-ewwel tlieta minnhom huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawżi T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill
2, u T-433/11, Makhlouf vs Il-Kunsill .
Ir-raba' motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali li għandu l-konsegwenza li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll fis-Sirja, kif ukoll bejn dawn iż-żewġ territorji.
____________1 - ĠU 2011, C 290, p. 13.2 - ĠU 2011, C 290, p. 14.