Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Frar 2012 - Sorouh vs Il-Kunsill

(Kawża T-102/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sorouh Joint Stock Company (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta' Diċembru 2011 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta' Jannar 2012 u l-atti ta' implementazzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawżi T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill 2, u T-433/11, Makhlouf vs Il-Kunsill .

____________

1 - ĠU 2011, C 290, p. 13.

2 - ĠU 2011, C 290, p. 14.