Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - Il-Kunsill vs Stols

(Kawża T-175/09 P) 1

("Appell - Servizz pubbliku - Promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Żnaturament tal-provi")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u G. Kimberley, aġenti)

Appellat: Willem Stols (Halsteren, Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tas-17 ta' Frar 2009, Stols vs Il-Kunsill (F-51/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tas-17 ta' Frar 2009, Stols vs Il-Kunsill (F-51/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.

Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 - ĠU C 167, 18.07.2009