Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 – Fédération internationale des logis vs UASI (Sfumatura ta’ kannella)
(Kawża T-329/09)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi sfumatura ta’ kannella – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 22, 27-33)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 202/2009-1), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sfumatura ta’ kannella bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: | Fédération internationale des logis |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade mark li tirrappreżenta sfumatura ta’ kannella għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 24, 43 u 44 – Applikazzjoni Nru 6468722 |
Deċiżjoni tal-eżaminatur: | Reġistrazzjoni rrifjutata |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Appell miċħud |
Dispożittiv
2) | | Il-Fédération internationale des logis hija kkundannata għall-ispejjeż. |