Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 - FIFA vs UASI - Ferrero (WM 2006)

(Kawża T-446/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération Internationale de Football Association (FIFA) (Zurich, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: D. Alexander QC, A. Barav, Barrister, R. Buchel u C. Rassmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferrero OHG mbH (Stadtallendorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, kompletament jew parzjalment, id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2008 fil-Każ R 1468/2005-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali "WM 2006" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41 u 42 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 155 521

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: (i) Ksur tal-Artikoli 73 u 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 safejn il-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, prinċipalment, fuq l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, dispożizzjoni li la kienet invokata mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, u li lanqas id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ma bbażat ruħha fuqha; (ii) Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra t-trade mark Komunitarja rrreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità fit-totalità tagħha,, mill-perspettiva tal-konsumatur medju u milli japplika l-liġi relevanti dwar l-evalwazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodotti u/jew servizzi li saret applikazzjoni għalihom; u (iii) Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kellhiex il-karattru distintiv neċessarju; u (iv) Ksur tal-Artikoli 7(3) u 51(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kinitx kisbet karattru distintiv għal servizzi fil-klassi 41.

____________