Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-24 ta' Settembru 2009 - SBS TV u SBS Danish Television vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-12/05)1

("Għajnuna mill-Istat - Kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta' xandar pubbliku wara l-ewwel deċiżjoni li ordnat l-irkupru ta' għajnuna mill-Istat li kienet inkompatibbli - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Annullament tal-ewwel deċiżjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SBS TV A/S, preċedentement TV Danmark A/S (Skovlunde, id-Danimarka); u SBS Danish Television Ltd, preċedentement Kanal 5 Denmark Ltd (Hounslow, Middlesex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment, D. Vandermeersch, T. Müller-Ibold, K. Nordlander u H. Peytz, u sussegwentement D. Vandermeersch, H. Peytz u K.-U. Karl, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Khan u M. Niejahr, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Viasat Broadcasting UK Ltd (West Drayton, Middlesex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Hjelmborg u M. Honoré, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Molde, aġent, assistit minn P. Biering, K. Lundgaard Hansen, avukati); u TV 2/Danmark A/S (Odense, id-Danimarka) (rappreżentanti: O. Koktvedgaard u M. Thorninger, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C (2004) 3632 finali tal-Kummissjoni, tas-6 ta' Ottubru 2004, dwar il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta' TV 2/Danmark A/S.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

Kull parti hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 69, 19.3.2005.