Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Mejju 2010 - Wieland Werke et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-11/05)1

"Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing -Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ksur kontinwu u ta' diversi forom - Prinċipju ta' nulla poena sine lege - Prinċipju ta' ne bis in idem - Multi - Impatt reali fuq is-suq -Daqs tas-suq ikkonċernat - Tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wieland Werke AG (Ulm, il-Ġermanja); Buntmetall Amstetten GmbH (Amstetten, l-Awstrija); u Austria Buntmetall AG (Enzesfeld, l-Awstrija); (rappreżentanti: R. Bechtold u U. Soltész, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti assistiti minn G. Eickstädt, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Huber u G. Kimberley, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 2826, tat-3 ta' Settembru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 - Pajpijiet tar-ram għall-plumbing) u, fit-tieni lok, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti permezz ta' din id-deċiżjoni fuq ir-rikorrenti u, fit-tielet lok, kontrotalba tal-Kummissjoni għaż-żieda tal-imsemmi ammont.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-kontrotalba mressqa mill-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.

Wieland Werke AG, Buntmetall Amstetten GmbH u Austria Buntmetall AG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u 90 % tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 93, 16.04.2005.