Language of document : ECLI:EU:F:2008:5

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(L-Ewwel Awla)

25 ta’ Jannar 2008

Kawża F-80/06

Tineke Duyster

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Leave parentali – Talba għall-irtirar tal-leave parentali – Lis alibi pendens – Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu T. Duyster titlob, b’mod partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Mejju 2006, li tiċħad it-talba tagħha kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Diċembru 2005, li tiddikjara inammissibbli t-talba li hija kienet ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2005 u intiża sabiex ittemm il-leave parentali tagħha b’effett retroattiv mit-8 ta’ Novembru 2004.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

1.      Proċedura – Ammissibbiltà ta’ atti proċedurali – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tal-att

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 114)

2.      Proċedura – Eċċezzjoni ta’ lis alibi pendens

1.      Bl-istess mod li l-ammissibbiltà ta’ rikors jiġi evalwat fil-mument tal-preżentata tiegħu, l-ammissibbiltà ta’ atti oħra ta’ proċedura, bħal att li jqajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, għandha tiġi evalwata fil-mument tal-preżentata tagħhom. Interpretazzjoni tali tiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

(ara l-punt 42)

Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja 27 ta’ Novembru 1984, Bensider et vs Il‑Kummissjoni, 50/84, Ġabra. p. 3991, punt 8; Il-Qorti tal-Prim’Istanza 8 ta’ Ottubru 2001, Stauner et vs Il‑Parlament u Il‑Kummissjoni, T‑236/00 R II, Ġabra p. II‑2943, punt 49; 9 ta’ Lulju 2003, Commerzbank vs Il‑Kummissjoni, T‑219/01, Ġabra p. II‑2843, punt 61

2.      Rikors bejn l-istess partijiet u li hija intiża għall-istess għanijiet, fuq il-bażi tal-istess motivi bħal kawża ppreżentata qabel, għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.

(ara l-punt 52)

Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja 19 ta’ Settembru 1985, Hoogovens Groep vs Il‑Kummissjoni, 172/83 u 226/83, Ġabra p. 2831, punt 9; 22 ta’ Settembru 1988, Franza vs Il‑Parlament, 358/85 u 51/86, Ġabra p. 4821, punt 12; Il-Qorti tal-Prim’Istanza, 14 ta’ Ġunju 2007, Landtag Schleswig-Holstein vs Il‑Kummissjoni, T‑68/07, mhux ippubblikat fil-Ġabra, punt 16