Language of document : ECLI:EU:T:2014:754





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Settembru 2014 –Kėdainių rajono Okainių et vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

(Kawża T‑386/13)

“Rikors għal annullament – Politika agrikola komuni – Skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa – Awtorizzazzjoni għall-għoti ta’ pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari fil-Litwanja għall-2012 – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Inamissibbiltà – Eċċezzjoni ta’ illegalità”

1.                     Rikors għal annullament – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni (Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(2)) (ara l-punti 27, 28)

2.                     Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att la pubblikat u lanqas innotifikat lir-rikorrent – Għarfien preċiż tal-kontenut u tal-motivi – Obbligu li jintalab it-test sħiħ tal-att f’terminu raġonevoli ladarba l-eżistenza tiegħu ssir magħrufa (Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 26 TFUE) (ara l-punti 29-32)

3.                     Eċċezzjoni ta’ illegalità – Natura inċidentali – Rikors prinċipali inammissibbli – Inammissibbiltà tal-eċċezzjoni (Artikolu 277 TFUE) (ara l-punt 47)

Suġġett

Minn naħa waħda, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4391 finali, tat-2 ta’ Lulju 2012, li tawtorizza l-għoti ta’ pagamenti diretti nazzjonali kumplementari fil-Litwanja għall-2012 u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Kėdainių rajono Okainių ŽŪB u l-134 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.