Language of document : ECLI:EU:T:2015:246





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2015 – Chatzianagnostou vs Il-Kunsill et

(Kawża T‑383/13)

“Rikors għal annullament – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Espert nazzjonali kkollokat mal-missjoni Eulex Kosovo – Deċiżjonijiet ta’ kap ta’ missjoni dwar sanzjonijiet dixxiplinari”

1.                     Rikors għal annullament – Kwalità ta’ konvenut – Missjoni ta’ politika ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-Unjoni li ma għandhiex personalità ġuridika – Assenza ta’ kwalità ta’ korp jew ta’ organu tal-Unjoni – Atti adottati mill-kap ta’ tali missjoni fil-kuntest ta’ proċedura dixxiplinari – Assenza ta’ kwalità ta’ konvenut – Inammissibbiltà tar-rikors (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK, Artikoli 1, 6, 7 u 11) (ara l-punti 23-29)

2.                     Rikors għal annullament – Kwalità ta’ konvenut – Missjoni ta’ politika ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-Unjoni – Atti adottati mill-kap ta’ tali missjoni fil-kuntest ta’ kollokament ta’ espert nazzjonali – Imputabbiltà lill-awtoritajiet nazzjonali – Inammissibbiltà tar-rikors – Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK, Artikoli 7(4), 8 u 10(2)) (ara l-punti 35-42)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-10 ta’ Mejju 2013 fil-każijiet dixxiplinari Nri 02/2013 u 06/2013, iffirmati mill-kap tal-missjoni Eulex Kosovo.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Antonios Chatzianagnostou għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea u minn Eulex Kosovo.