Language of document : ECLI:EU:T:2017:616





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-97/09)

“Rikors għal annullament – FEDER – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Rikors manifestament fondat”

1.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Eżami ex officio mill-qorti – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 71, 72)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Regoli proċedurali – Dħul fis-seħħ immedjat

(Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100(5))

(ara l-punti 79, 87)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 8465 finali, tad-19 ta’ Diċembru 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna ekonomika mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm operattiv fir-reġjun ikkonċernat mill-Objettiv 1 tal-Land Sachsen fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (1994-1999), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1939/4, tal-5 ta’ Awwissu 1994, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 2273/4, tat-22 ta’ Awwissu 1994 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1425, tas-6 ta’ Settembru 1994;

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 8465 finali, tad-19 ta’ Diċembru 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna ekonomika mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm operattiv fir-reġjun Objettiv 1 tal-Land Sachsen fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (1994-1999), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1939/4, tal-5 ta’ Awwissu 1994, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 2273/4 tat-22 ta’ Awwissu 1994 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1425, tas-6 ta’ Settembru 1994, huma annullati.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.