Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2024 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Cannabinoids Spain (Sanoid)

(Kawża T-206/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Sanoid – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SANODIN – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: T. González Martínez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Nicolás Gómez, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cannabinoids Spain SLU (Córdoba, Spanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Frar 2023 (Kawżi magħquda R 1024/2022-5 u R 1036/2022-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 235, 3.7.2023.