Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2024 – Penta system vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-43/24 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ksur tar-rekwiżiti formali – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Penta system Srl (Modugno, l-Italja) (rappreżentant: K. Duchoňová, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti titlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Novembru 2023 li permezz tagħha din ċaħdet l-offerta li r-rikorrenti kienet issottomettiet fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JRC/IPR/2022/RP/1912, intitolata “Radioactive Waste Management Facilities Operations Maintenance (RAMA) Services”, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħha din tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________