Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2013 – CWP vs UASI – Continental Reifen Deutschland (CONTINENTAL WIND PARTNERS)

(Kawża T-185/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CWP LLC (Wilmington, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Continental Reifen Deutschland GmbH (Hannover, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Jannar 2013 fil-Każ R 2204/2011-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “CONTINENTAL WIND PARTNERS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 11, 35, 36, 37, 39 u 40 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8 445 561Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Continental Reifen Deutschland GmbHTrade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-UE tat-trade mark figurattiva, li tinkludi l-el

ement verbali “Continental”Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalmentDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009