Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Frar 2008 - ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-62/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni SpA (Terni, L-Italja) (rappreżentanti: T.Salonico, G. Pellegrino, G. Pellegrino, G. Barone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata u tannullaha fl-intier tagħha safejn din tikkwalifika l-miżura kkontestata bħala għajnuna mill-Istat, filwaqt li din effettivament tikkostitwixxi t-tkomplija leġittima tal-miżura kumpensatorja stabbilita mill-Istat Taljan favur Terni (u ta' l-aventi kawża tagħha) bħala kumpens għall-esproprazzjoni ta' l-istallazzjonijiet elettriċi tagħha li seħħet fl-1962-63 ;

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tal-proċeduri ;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni safejn din:

tistabbilixxi li l-Italja illegalment implimentat għajnuna mill-Istat favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche bi ksur ta' l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE ;

tistabbilixxi li hemm ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche ; u kosegwentement

tordna lill-Italja tirkupra dawn l-ammonti u l-interessi mingħajr dewmien ;

b'mod ulterjuri, tannulla d-deċiżjoni kkontestata, safejn din tordna lill-Italja tirkupra l-għajnuna mogħtija mill-Istat mingħajr dewmien, peress li dan l-irkupru jikser il-prinċipju ġenerali ta' l-aspettattivi leġittimi

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata fil-kawża preżenti hija l-istess bħal dik fil-kawża T-53/08 L-Italja vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk li ġew magħmula f'din il-kawża. Minbarra l-ksur ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE, minħabba l- interpretazzjoni żbaljata ta' proroga tariffarja kumpensatorja lill-kumpannija eks-Terni, ir-rikorrenti, sussidjarjament, issostni wkoll :

il-ksur ta' l-Artikolu 88 tat-Trattat KE minħabba nuqqas li jiġi kkunsidrat li fil-fatt il-miżura kkontestata għadha ma ġietx implementata u għalhekk l-obbligu ta' notifika preċedenti ma kienx miksur u ma kienx hemm ammonti li kellhom jiġu rkuprati ;

il-ksur ta' l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta' Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, u l-illegalità ta' l-ordni ta' rkupru tad-deċiżjoni kkontestata minħabba ksur tal-prinċipju ta' l-aspettattivi leġittimi.

____________