Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Ottobru 2009 - Il-Kummissjoni vs Roodhuijzen

(Kawża T-58/08 P)1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Siġurtà soċjali - Skema konġunta tal-assigurazzjoni kontra l-mard - Kopertura tas-sieħeb mhux miżżewweġ")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Appellat: Anton Pieter Roodhuijzen (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-27 ta' Novembru 2007, Roodjuijzen vs Il-Kummissjoni (F-122/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk subiti minn Anton Pieter Roodhuijzen fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 92, 12.4.2008.