Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Diċembru 2010 - Nute Partecipazioni u La Perla vs UASI - Worldgem Brands (NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC)

(Kawża T-59/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti la PERLA - Raġuni relattiva għal rifjut - Ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5), u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2009)"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nute Partecipazioni SpA, li kienet Gruppo La Perla SpA (Bolonja, l-Italja); u La Perla Srl (Bolonja) (rappreżentanti: R. Morresi u A. Dal Ferro, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Rampini, sussegwentement minn O. Montalto, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Worldgem Brands Srl, li kienet Worldgem Brands - Gestão e Investimentos Lda (Creazzo, l-Italja) (rappreżentanti: V. Bilardo, M. Mazzitelli u C. Bacchini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta' Novembru 2007 (Każ R 537/2004-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Nute Partecipazioni SpA u Worldgem Brands Srl.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta' Novembru 2007 (Każ R 537/2004-2) hija annullata sa fejn l-UASI ċaħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità u kkundanna lil Nute Partecipazioni SpA għall-ispejjeż tagħha.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll 90 % tal-ispejjeż ta' Nute Partecipazioni u ta' La Perla Srl quddiem il-Qorti Ġenerali u l-ispejjeż kollha ta' Nute Partecipazioni quddiem il-Bord tal-Appell.

Nute Partecipazioni u La Perla għandhom ibatu 10 % tal-ispejjeż tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali.

Worldgem Brands Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 92, 12.04.2008