Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Ottubru 2012 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-426/08) 

(" FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - FAEG - Infiq eskluż mill-finanzjament - Frott u ħxejjex - Zokkor - Ipproċessar taċ-ċitru - Ħalib - Raba' li jinħarat - Korrezzjoni finanzjarja b'rata fissa" - Proporzjonalità - Obbligu ta' motivazzjoni - Assenza ta' żball ta' evalwazzjoni ")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/582/KE, tat-8 ta' Lulju 2008 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima "Garanzija" tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), sa fejn hija teskludi l-finanzjament Komunitarju fl-ammont ta' EUR 174 704 912.66 ta' infiq magħmul mir-Repubblika Taljana.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 301, 22.11.2008.