Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2014 – Frinsa del Noroeste vs UASI – Frisa Frigorífico Rio Doce (FRISA)

(Kawża T-638/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Frinsa del Noroeste, SA (Santa Eugenia de Riveira, Spanja) (rappreżentant: J. Botella Reyna, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Frisa Frigorífico Rio Doce, SA (Espirito Santo, il-Brażil)

Talbiet

tiddeċiedi sabiex tiċħad l-aċċess għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 10 329 721 FRISA sabiex jiġu distinti prodotti fil-klassi 29 u servizzi fil-klassijiet 35 u 39.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-element verbali “FRISA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 35 u 39 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 329 721

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva bl-element verbali “Frinsa” għal prodotti fil-klassi 29Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalmentDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u oppożizzjoni miċħuda totalmentMotivi invokati: fid-deċiżjoni tiegħu tal-1 ta’ Lulju 2014 fil-Każijiet magħquda R 1547/2013-4 u R 1851/2013-4, ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ma eżaminax l-argumenti tar-rikorrenti peress li limita ruħu li jagħti deċiżjonijiet għalihom b’mod identiku filwaqt li limita ruħu sabiex jistudja biss il-prova tal-użu ppreżentata fil-proċedimenti.