Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – JP Divver Holding Company vs UASI (EQUIPMENT FOR LIFE)

(Kawża T-642/14) 1

(“Trade mark Komunitarja – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea – Trade mark verbali EQUIPMENT FOR LIFE – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JP Divver Holding Company Ltd (Newry, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Franke u E. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 64/2014-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali EQUIPMENT FOR LIFE.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.JP Divver Holding Company Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 431, 1.12.2014.