Language of document : ECLI:EU:T:2011:511





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Settembru 2011 – Nike International vs UASI (DYNAMIC SUPPORT)

(Kawża T-512/10)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DYNAMIC SUPPORT – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 17, 25)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 640/2010‑4), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali DYNAMIC SUPPORT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nike International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.