Language of document : ECLI:EU:T:2014:583





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Quimitécnica.com u de Mello vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑564/10)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali – Multi – Ħlas bin-nifs – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja sabiex wieħed ikun jista’ jaċċedi għat-talba ta’ ħlas bin-nifs tal-multa, fil-kuntest tad-dritt tal-kompetizzjoni (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 42-44)

2.                     Dritt tal-Unjoni – Prinċipji – Proporzjonalità – Portata – Setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur tal-Unjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (ara l-punti 55, 56)

3.                     Kompetizzjoni – Multi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Portata – Setgħa ta’ stabbiliment tal-modalitajiet ta’ ħlas tal-multi – Rekwiżit ta’ garanzija bankarja mingħand bank li jgawdi minn evalwazzjoni finanzjarja (rating) “AA” fit-tul – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 85) (ara l-punti 58-63, 65, 66)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-kontabilista tal-Kummissjoni tat‑8 ta’ Ottubru 2010, dwar il-ħlas tal-multa mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 5004 finali, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.886 – Fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali), sa fejn l-imsemmija ittra timponi l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja, mingħand bank li jkun kiseb evalwazzjoni finanzjarja (rating) “AA” fit-tul sabiex wieħed ikun jista’ jaċċedi għat-talba ta’ ħlas bin-nifs tal-multa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.