Language of document : ECLI:EU:T:2013:569

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

21 ta’ Ottubru 2013

Kawża T‑226/13 P

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament infondat fid-dritt — Posta mibgħuta, li tirrigwarda l-eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, lir-rappreżentant tal-appellant minn din is-sentenza — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett:      Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Frar 2013, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (F‑67/12), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza. Luigi Marcuccio huwa kkundannat jirrimborsa lill-Qorti Ġenerali s-somma ta’ EUR 2 000 skont l-Artikolu 90 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha.

Sommarju

1.      Uffiċjali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Oneru tal-prova

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

2.      Appell — Aggravji — Aggravju indirizzat kontra raġuni superfluwa — Aggravju ineffettiv — Ċaħda

3.      Appell — Aggravji — Aggravju indirizzat kontra d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku dwar l-ispejjeż — Inammissibbiltà fil-każ ta’ ċaħda tal-motivi l-oħra kollha

(Regolamenti tal-Persunal tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(2))

4.      Proċedura ġudizzjarja — Spejjeż legali — Spejjeż imposti fuq il-Qorti Ġenerali fil-kuntest ta’ appell abbużiv ta’ uffiċjal — Kundanna tal-uffiċjal għar-rimbors tal-imsemmija spejjeż

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 90(a))

1.      L-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni jippreżupponi li jissussistu għadd ta’ kundizzjonijiet kumulattivi dwar l-illegalità tal-aġir tal-istituzzjoni konvenuta, ir-realtà tad-dannu allegat u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir ikkontestat u d-dannu invokat.

Il-fatt li deċiżjoni ta’ istituzzjoni tkun ivvizzjata minn illegalità ma huwiex kundizzjoni suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, peress li l-istabbiliment ta’ tali responsabbiltà tippreżupponi li r-rikorrent ikun wera r-realtà tad-dannu li huwa jallega u r-rabta kawżali bejn dan id-dannu u l-illegalità invokata.

(ara l-punti 21 u 22)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 28 ta’ Settembru 2009, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑46/08 P, ĠabraSP p. I‑B‑1‑77 u II‑B‑1‑479, punti 66 u 67, u l-ġurisprudenza ċċitata; 16 ta’ Diċembru 2010, Il-Kummissjoni vs Petrilli, T‑143/09 P, punt 45, u l-ġurisprudenza ċċitata

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 29)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 29 ta’ April 2004, Il-Kummissjoni vs CAS Succhi di Frutta, C‑496/99 P, Ġabra p. I‑3801, punt 68, u l-ġurisprudenza ċċitata

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 8 ta’ Novembru 2012, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑616/11 P, punt 44

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 35)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 20 ta’ Novembru 2012, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑491/11 P, punt 40; Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, punt 52, u l-ġurisprudenza ċċitata

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 41 sa 44)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: Marcuccio vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, punti 40 u 52; 15 ta’ Novembru 2012, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑286/11 P, punti 52 u 69