Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2010 – Mauerhofer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-515/08)

“Kuntratt qafas multiplu ‘Commission 2007’ – Reklutaġġ ta’ esperti fil-kuntest tal-azzjonijiet marbuta mal-għajnuna mogħtija lil pajjiżi terzi – Kompiti ta’ kompetenza – Miżura tal-Kummissjoni dwar in-numru ta’ ġranet fatturabbli pprovduti – Rikors għal annullament – Nuqqas ta’ att li jista’ jiġi kkontestat – Inammissibbiltà – Rikors għad-danni – Rabta kawżali – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 66, 72, 73)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 78,79)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punt 80)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-ordni ta’ servizz tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Settembru 2008, li temenda l-kuntratt speċifiku 2007/146271, konkluż bejn il-Kummissjoni u l-kuntrattur ewlieni responsabbli mill-proġett “Value Chain Mapping Analysis”) imwettaq fil-Bożnija u l-Ħerżegovina, li tnaqqas in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol maħduma mir-rikorrent, abbażi tal-kuntratt li jorbtu mal-imsemmi kuntrattur ewlieni, li dan tal-aħħar seta’ jiffattura lill-Kummissjoni, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volker Mauerhofer huwa kkundannat għall-ispejjeż.