Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2023 – Daimler Truck vs EUIPO (TRUCKS YOU CAN TRUST)

(Kawża T-548/23)

Lingwa tal-kawża: il-Germaniż

Partijiet

Rikorrent: Daimler Truck AG (Leinfelden-Echterdingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TRUCKS YOU CAN TRUST – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 712 899

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 484/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-kors tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u tal-proċedimenti tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________