Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Lulju 2011 - Evonik Industries vs UASI (Rettangolu bil-kulur porpra b'naħa konvessa)

(Kawża T-499/09) 1

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta rettangolu bil-kulur porpra b'naħa konvessa - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Evonik Industries AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Stürmann, sussegwentement minn S. Stürmann u G. Schneider, sussegwentement minn S. Stürmann u R. Manea, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Ottubru 2009 (Kaz R 491/2009-4), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' rettangolu bil-kulur porpra b'naħa konvessa bħala trade Komunitarja.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Evonik Industries AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 37, 13.2.2010.