Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Gran Dukat tal-Lussemburgu) fil-5 ta' Marzu 2008 - Audiolux SA, BIP Investment Partners SA, Jean-Paul Felten, Joseph Weyland, Luxiprivilège SA, Foyer SA, Investas ASBL, Claudie Stein-Lambert, Christiane Worre-Lambert, Baron Antoine de Schorlemer, Jacques Funck, Marc Meyer u Jean Petitdidier vs Groupe Bruxelles Lambert SA (GBL), RTL Group SA, Juan Abello Gallo, Didier Bellens, André Desmarais, Gérald Frère, Jocelyn Lefebvre, Onno Ruding, Gilles Samyn, Martin Taylor, Bertelsmann AG, Siegfried Luther, Thomas Middelhoff, Ewald Wagenbach, Rolf Schmidt-Holz, Erich Schumann, WAZ Finanzierungs-GmbH, Westdeutsche Allgemeine Zeitungsverlagsgesellschaft E. Brost & J. Funke GmbH & Co (WAZ) - Partijiet intervenjenti: Dexia Luxpart SA et

(Kawża C-101/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Audiolux SA, BIP Investment Partners SA, Jean-Paul Felten, Joseph Weyland, Luxiprivilège SA, Foyer SA, Investas ASBL, Claudie Stein-Lambert, Christiane Worre-Lambert, Baron Antoine de Schorlemer, Jacques Funck, Marc Meyer u Jean Petitdidier

Konvenuti: Groupe Bruxelles Lambert SA (GBL), RTL Group SA, Juan Abello Gallo, Didier Bellens, André Desmarais, Gérald Frère, Jocelyn Lefebvre, Onno Ruding, Gilles Samyn, Martin Taylor, Bertelsmann AG, Siegfried Luther, Thomas Middelhoff, Ewald Wagenbach, Rolf Schmidt-Holz, Erich Schumann, WAZ Finanzierungs-GmbH, Westdeutsche Allgemeine Zeitungsverlagsgesellschaft E. Brost & J. Funke GmbH & Co (WAZ)

Domandi preliminari

Ir-referenzi għall-ugwaljanza ta' l-azzjonisti u, aktar speċifikament, għall-protezzjoni ta' l-azzjonisti ta' minoranza

(a) fl-Artikoli 20 u 42 tat-Tieni Direttiva "kumpanniji" 77/91/KEE, tat-13 ta' Diċembru 19761;

(b) fit-"Tielet Prinċipju ġenerali" u fis-"Sbatax-il dispożizzjoni komplementari" tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta' Lulju 1977, li tikkonċerna kodiċi ta' kondotta Ewropew dwar it-tranżazzjonijiet fuq it-titoli trasferibbli2;

(ċ) fil-punt 2(a) ta' l-Iskeda C ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 79/279/KEE, tal-5 ta' Marzu 1979, li tikkoordina l-kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta' titoli għal-listi ta' Borża uffiċjali3, li ġiet inkorporata fid-direttiva kkonsolidata tat-28 ta' Mejju 2001;

(d) fl-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, fuq offerti ta' xiri4, fid-dawl tal-premessa (8) tagħha,

jirriżultaw minn prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju?

2)    Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda, dan il-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju għandu jiġi applikat biss fir-relazzjonijiet bejn kumpannija u l-azzjonisti tagħha, jew, għall-kuntrarju, għandu jiġi applikat ukoll fir-relazzjonijiet bejn l-azzjonisti ta' maġġoranza li jeżerċitaw jew jiksbu l-kontroll ta' kumpannija u l-azzjonisti ta' minoranza ta' din il-kumpannija, speċjalment fil-każ ta' kumpannija li l-ishma tagħha huma elenkati f'Borża?

3)     Fil-każ ta' risposta affermattiva għaż-żewġ domandi preċedenti, dan il-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju għandu, fid-dawl ta' l-iżvilupp fiż-żmien tar-referenzi msemmija fl-ewwel domanda, jiġi kkunsidrat li ilu jeżisti u li ilu applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-azzjonisti ta' maġġoranza u ta' minoranza fis-sens tat-tieni domanda, minn qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/25/KE ċċitata iktar 'il fuq u, f'dan il-każ, minn qabel ma seħħew il-fatti in kwistjoni fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2001?

____________

1 - It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, tat-13 ta' Diċembru 1976, dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU 1977, L 26, p. 1).

2 - ĠU L 212, p. 37.

3 - ĠU L 66, p. 21.

4 - ĠU L 142, p. 12.