Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 - Coop de France Bétail et Viande, li qabel kienet Fédération nationale de la coopération bétail et viande (FNCBV), Fédération nationale des syndicats d'exploitants agricoles (FNSEA), Fédération nationale bovine (FNB), Fédération nationale des producteurs de lait (FNPL), Jeunes agriculteurs (JA) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-101/07 u C-110/07 P)1

(Appell - Kompetizzjoni - Suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella - Ftehim konkluż bejn federazzjonijiet nazzjonali ta' dawk li jrabbu u l-biċċiera dwar is-sospensjoni tal-importazzjonijiet ta' laħam taċ-ċanga u tal-vitella u l-iffissar ta' prezz minimu ta' xiri - Multi - Regolament Nru 17 - Artikolu 15(2) - Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ ta' impriżi membri ta' federazzjonijiet)

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Coop de France Bétail et Viande, li qabel kienet Fédération nationale de la coopération bétail et viande (FNCBV) (rappreżentanti: M. Ponsard, avukat) (C-101/07 P), Fédération nationale des syndicats d'exploitants agricoles (FNSEA), Fédération nationale bovine (FNB), Fédération nationale des producteurs de lait (FNPL), Jeunes agriculteurs (JA) (rappreżentanti: V. Ledoux et B. Neouze, avukati), (C-110/07 P)

Appellati: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Ramet, aġenti) Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet u X. Lewis, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla), tat-13 ta' Diċembru 2006, FNCBV et vs Il-Kummissjoni (T-217/03 u T-245/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/600/KE, tat-2 ta' April 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (ĠU L 209, p. 12) u, sussidjarjament, għat-tneħħija jew għat-tnaqqis tal-multa imposta bl-imsemmija deċiżjoni - Elementi li jikkostitwixxu akkordju - Bżonn ta' kunsens tal-partijiet - Metodu ta' kalkolu tal-multi - Possibbiltà li jittieħed in kunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ tal-membri ta' assoċjazzjoni meta din ma għandhiex is-setgħa, formalment, li torbot lill-membri tagħha - Obbligu ta' motivazzjoni u ksur tad-drittijiet tad-difiża.

Dispożittiv

1)    L-appelli huma miċħuda.

2)    Il-Coop de France bétail et viande, li qabel kienet Fédération nationale de la coopération bétail et viande (FNCBV), il-Fédération nationale des syndicats d'exploitants agricoles (FNSEA), il-Fédération nationale bovine (FNB), il- Fédération national des producteurs de lait (FNPL) u l-Jeunes agriculteurs (JA) huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)    Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 95, 28.04.2007.